( Maltese Language) Dun Ġorġ ried li kulħadd ikollu tagħlim tajjeb. Ara jirnexxielekx iġġib l-għola punt billi tagħżel it-tweġiba t-tajba għal kull mistoqsija li se jkollok. Ħu gost titgħallem ħalli ssir persuna aħjar. (English Translation) Dun Ġorġ wanted everyone to have a good education. See if you can get to the top point by choosing the right answer to each question you will have. Have fun learning to become a better person.
Create multiple-choice games on Wisc-Online and play them on our Chakalaka mobile app!
But that's not all! Explore educational games created by others. Simply search by category or enter agame code number and dive into a world of learning and fun.
Dun Ġorġ, meta kien immur il-Liceo, il-Belt, fil-ħin tal-mistrieħ, f'nofsinhar kien jinżel ix-xatt, jitla’ fuq l-iskejjen u
Ta’ xi sittax-il sena, darba waħda, Dun Ġorġ, filwaqt li kien sejjer lura mil-Liċeo għad-dar bil-mixi kif kien jagħmel kuljum, xħin wasal il-Mall, iltaqa’ ma’ wieħed mis-surmastrijiet tiegħu, Dun Ercole Monpalao, saċerdot imdaħħal fiż-żmien u mxew flimkien. F'nofs il-Mall qallu: “Preca, int għad tikber, issir qassis u nies li jirrispettaw ’l Alla jidħlu fil–ħbiberija tiegħek u int tidħol fil–ħbiberija tagħhom. Int issib xortik magħhom u huma jsibu xortihom permezz tiegħek."
Dun Ġorġ iddispjaċir li dawk il-ftit li kienu jgħallmu id-duttrina ma kinux ippreparati sew. Darba sema' sagristan jgħallem. Tifel staqsieh: "Jekk Alla għamel kollox, lilU, min għamlu?" Is-Sagristan wieġbu: "Alla sar waħdu."
Quddiem il-Knisja tal-Ħamrun, fl-għalqa li kien hemm, imsejħa ta’ Luċtu (għax kienet ta’ Luċido Ellul) kienu jiltaqgħu xi żgħażagħ jilgħabu. Ġorġ resaq lejhom
Darba l-Ħadd, Dun Ġorġ iltaqa' ma Ewġenju Borġ (wieħed minnhom) u marru passiġġata flimkien. U kellu jġib miegħu xi ħaġa biex jiekol u l-Bibbja. Poġġew taħt siġra tal-ħarrub, f'għalqa Santa Venera.
Wara li sar qassis, Dun Ġorġ kien jgħaddi ħafna ħin jitlob fil-kamra tiegħu. Beda jħoss dejjem iżjed li Alla xtaqu jorganizza aħjar lil dawk iż-żgħażagħ biex jibdew jgħallmu lit-tfal u lill-adulti.
Fis-7 ta' Marzu 1907, Dun Ġorġ beda' jlaqqa' ż-żgħażagħ f'Numru Sei. Kien jgħallimhom u jispjegalhom b'mod sempliċi biex jifhmuh.
Dun Ġorġ nissel fis-soċji l-imħabba lejn l-Evanġelju: "Kunu ħbieb tal-Evanġelju."
Huwa sagrifiċċju li wara x-xogħol, is-soċji jmorru bil-mixi jew bir-rota biex jgħallmu l-katekiżmu lit-tfal u żgħażagħ. Imbagħad, il-Ħadd imorru passiġata qalb il-kampanja
Is-soċji ma kinux jgħallmu biss lit-tfal imma anke lil kbar. Kien hemm min biddel ħajtu.
Is-Soċji tal-M.U.S.E.U.M mimlija entużjażmu biex jgħallmu lin-nies. Ewġenju kien jgħid: "Dak il-ferħ, dik il-ħeġġa li kellna! Tal-għaġeb kemm kienet kbira ... Ħaġa waħda kellna f'rasna - li nħobb 'l Alla u nxandru t-tagħlim ma' kulħadd."
Dun Ġorġ ried li Ġannina Cutajar, oħt Karmenu (soċju) flimkien ma' nisa oħra twajba jibdew jgħallmu lill-bniet.
Dun Ġorġ kien jippriedka fil-beraħ, ġol-pjazez, fl-irħula u fl-ibliet waqt xi Sajda Museumina. Is-Sajdiet Museumini huma laqgħat organizzati mill-M.U.S.E.U.M. biex iwasslu l-Kelma t'Alla. Barra minn hekk, Dun Ġorġ kien jgħallem
Fis-sagristija tal-knisja tal-Ħamrun lemaħ lis-Sur Ġużè jirrabja u jgħid li mhux se jagħti iżjed karita' lil Żeża, armla għax din bdiet tgħid kontrih. Dun Ġorġ
Dun Ġorġ jgħidilna: "Għat-tagħlim tgħidx biżżejjed" u "it-tagħlim hu